• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Domandi mill-Membri tan-Netwerk

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

Fit-12 ta' Ottubru 2015, l-Ombudsman Emily O'Reilly adottat dokument ta' strateġija ġdid "Reforming the European Network of Ombudsmen" ("Riforma tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen"), li ġie kkomunikat lil u kondiviż mal-membri kollha tan-Netwerk. Hija nnutat li: "[m]atul il-proċedura ta' domanda, fejn l-Ombudsman Ewropew tassisti lill-membri tan-Netwerk billi tikseb tweġibiet esperti mill-istituzzjonijiet tal-UE, ħafna investigazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-ombudsman ġew solvuti b'tali mod li ma kienx ikun possibbli b'mod ieħor.

Madankollu, il-proċedura ta' domanda saret diffiċli u tieħu ħafna żmien. L-Ombudsman Ewropew, għalhekk, ser tirriforma l-proċedura internament billi tgħaġġilha għal riżultati aktar rapidi. Dan ifisser li l-uffiċċji tan-Netwerk jistgħu jippreżentaw domandi kif għamlu fil-passat u jkunu żguri li jirċievu tweġiba fil-ħin sabiex jużawha fl-investigazzjonijiet tagħhom stess."

L-Ombudsman Ewropew iddeċidiet li l-Unità 1 tal-Investigazzjonijiet tal-uffiċċju tagħha għandha tittratta d-domandi kollha ppreżentati mill-Ombudsmen nazzjonali bl-użu ta' proċedura effiċjenti (deskritta hawn taħt) fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea.

Din il-proċedura tinkludi l-passi li ġejjin:

· il-preżentazzjoni tad-domanda direttament mill-persuna li tkun qed tittratta l-każ jew minn persuna oħra awtorizzata fl-uffiċċju tal-Ombudsman nazzjonali permezz ta' posta elettronika indirizzata lill-Kap tal-Unità 1 tal-Ombudsman Ewropew jew permezz tal-formola elettronika "Queries" ("Domandi") - kif spjegat hawn taħt;

· analiżi tad-domanda mill-Unità 1 f'perjodu massimu ta' jumejn ta' ħidma;

· tintbagħat talba għal opinjoni dwar il-kwistjoni relatata mal-liġi tal-UE li tkun tqajmet fid-domanda lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni jew lil kwalunkwe Istituzzjoni, korp jew aġenzija kkonċernati oħrajn;

· tintbagħat tweġiba lill-Ombudsman Ewropew mis-servizzi tad-Direttorat Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, f'koordinazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali, jew minn kwalunkwe Istituzzjoni, korp jew aġenzija kkonċernati oħrajn, jekk possibbli fi żmien ġimagħtejn;

· il-verifika tal-kompletezza ta' dik it-tweġiba mill-Unità 1 fil-jum ta' ħidma li jkun imiss;

· jekk it-tweġiba għad-domanda ma teħtieġx kuntatti ulterjuri mal-Kummissjoni, Istituzzjoni, korp jew aġenzija kkonċernati oħrajn, l-istedina sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet mill-awtur tad-domanda, fi żmien sebat ijiem;

· sakemm ma tkunx meħtieġa opinjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, Istituzzjoni, korp jew aġenzija kkonċernati oħrajn, l-għeluq tal-proċedura ta' domanda;

· u l-pubblikazzjoni tad-domanda u tat-tweġiba tal-Kummissjoni fit-Taqsima "Queries" ("Domandi") tal-ENONET bi qbil mal-awtur tad-domanda.

Il-proċedura sħiħa għandha tieħu perjodu massimu ta' 20 jum ta' ħidma sakemm il-Kummissjoni ma titlobx aktar żmien biex tipprepara t-tweġiba għad-domanda.

It-taqsima "Queries" ("Domandi") tal-ENONET ser tiġi modernizzata mill-Unità 1 (settur tal-ICT) u, dalwaqt, formola elettronika għal "Queries" ("Domandi"), imfassla b'mod speċjali, ser tkun għad-dispożizzjoni tan-Netwerk, u tiġi awtomatikament ridiretta għall-Unità 1.

Il-proċedura l-ġdida fir-rigward tad-domandi mill-Ombudsmen nazzjonali saret applikabbli mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Istrateġija l-ġdida.